L-GHALLIEMA TA’ L-IMHABBA
“Alla hu mhabba; min jghammar fl-imhabba jghammar f’Alla u Alla jghammar fih.” (1Gw 4,16) Nhar il-25 ta’ Dicembru 2005, il-Papa Benedittu XVI tana l-ewwel enciklika tieghu: Deus Caritas Est, Alla hu Mhabba. F’din l-enciklika huwa jistharreg x’ghandu jifhem in-nisrani bil-kelma “mhabba” u kif ghandu jghixha fil-prattika.
X’inhi l-imhabba
Fl-ewwel parti ta’ l-enciklika, il-Papa jiddiskuti ideat foloz dwar x’inhi l-imhabba kif tipprezentahomlna l-kultura tal-lum. Bosta rriducew l-“imhabba” ghal tip ta’ attività sesswali libera li biha l-bniedem flok jirrispetta lilu nnifsu u lil haddiehor, ihares lejn l-ohrajn bhala oggetti. Imma l-imhabba vera ma tfittixx lilha nnifisha, anzi tinghata, u hekk issib il-vera libertà. Il-mudell li n-nisrani ghandu jiehu ghall-imhabba tieghu huwa Alla nnifsu li sar bniedem fil-persuna ta’ Gesù Kristu. Kristu, l-imhabba ta’ Alla inkarnata, uriena fil-parabboli tan-naghga l-mitlufa (Lq 15,3-7), tad-drakma l-mitlufa (Lq 15,8-10) u ta’ l-iben il-hali (Lq 15,11-32) Alla min tassew hu. U b’mewtu fuq is-salib lahaq il-quccata ta’ l-imhabba meta tana lilu nnifsu biex jerfaghna mill-mizerja u jsalvana. Meta nharsu lejn il-genb minfud ta’ Kristu u naraw din l-imhabba fl-aqwa taghha, bilfors ikollna nistqarru li “Alla hu mhabba.”
Din l-imhabba titlob twegiba min-naha tal-bniedem, li tissarraf fl-imhabba lejn Alla u lejn il-proxxmu. L-imhabba tal-proxxmu, kif imfissra fil-parabboli tas-Samaritan it-tajjeb (Lq 10,25-37) u ta’ Jum il-haqq (Mt 25,31-46), hija l-marka tat-twegiba awtentika tal-bniedem, ghax ma tezistix imhabba lejn Alla minghajr imhabba genwina lejn il-proxxmu.
Kif il-Knisja ghandha tipprattika l-imhabba
It-tieni parti ta’ l-enciklika tiffoka aktar fuq il-prattika ta’ l-imhabba u tixhet dawl fuq kif ghandna nghixu l-evangelju mhux biss bhala individwi imma wkoll bhala Knisja. L-ghaqda taghna fl-Ewkaristija ghandna twassalna biex inkunu qalb wahda u ruh wahda, kif kienet il-Knisja ta’ zmien l-appostli. Id-djakonija, flimkien max-xandir tal-kelma u mal-liturgija, hija responsabbiltà ewlenija tal-Knisja, mhux bhala filantropija imma bhala espressjoni essenzjali tan-natura tal-Knisja bhala komunità ta’ mhabba.
Il-Knisja ghandha wkoll tahdem favur il-gustizzja, anke jekk l-ordni gust f’socjetà huwa qabelxejn responsabbiltà politika. Madankollu, l-imhabba tibqa’ mehtiega anke fl-iktar socjetà gusta. U fejn il-gustizzja ma tezistix, il-Knisja ghandha tissieheb ma’ min hu mirfus, dghajjef u diskrimat ingustament.
L-agenziji nsara wkoll jaghtu sehemhom ghal dinja ahjar. Il-haddiema taghhom ghandhom jikkoncentraw fuq dawk li huma l-aktar fil-bzonn, u waqt li jahdmu bi professjonalità m’ghandhom qatt jinsew li huma aktar minn semplici haddiema. Fi qtugh shih minn kull ideologija politika jridu jimxu b’impenn fuq il-programm ta’ l-evangelju bla ma jistennew xejn lura. Il-karità qatt m’ghandha ssir bi skopijiet ta’ proselitizmu. Qatt ma nistghu ninqdew bil-gid li naghmlu biex nimponu l-fidi taghna fuq haddiehor.
Marija: l-aqwa ghalliema ta’ l-imhabba
Fost il-hafna qaddisin li taw xhieda mill-aqwa ta’ kif ghandha tkun l-imhabba, il-Papa jsemmi lil Marija bhala l-aktar qaddisa li tispikka, ghax hija l-“mera tal-qdusija”. Huwa jirrifletti fuq dak li qalet fiz-zjara taghha lil Elizabetta: “Issebbah ruhi l-Mulej” (Lq 1,46) u jara fih programm shih ta’ hajja. Marija qatt ma qieghdet lilha nnifisha fic-centru, imma lil Alla li jinstab fit-talb u fil-qadi tal-proxxmu. Marija riedet biss tfahhar lil Alla u taghmel il-programm tieghu ghax kienet taf li l-bniedem jista’ jaghti sehmu fis-salvazzjoni tad-dinja jekk iqieghed lilu nnifsu ghad-dispozizzjoni ta’ Alla.
Il-Magnificat, li huwa ritratt ta’ ruh Marija, minsug kif inhu minn siltiet mit-Testment il-Qadim, jurina kemm kienet midhla tal-Kelma ta’ Alla u kemm hsibijietha kienu msiehba mal-hsibijiet ta’ Alla. Il-Kelma ta’ Alla tant hakmitilha lil hajjitha li saret Omm il-Kelma Inkarnata.
U jista’ jkun li mara mimlija b’Alla ma thobbxh Fil-ghajnuna siekta li tat lil Elizabetta, fis-sensittività ghall-htigijiet ta’ l-gharajjes f’Kana, fil-prezenza mohbija taghha tul il-ministeru pubbliku ta’ binha, fil-ghotja taghha nnifisha taht is-Salib u fil-ghaqda taghha ma’ l-appostli nhar Pentekoste, naraw l-imhabba shiha ta’ din il-mara. Min xi hadd jinghata lil Alla flok jinqata’ min-nies, jersaq aktar qrib taghhom. U l-bnedmin tul is-seklu lejn Marija daru f’kull htiega li kellhom.
Il-Papa jtemm l-enciklika b’talba sabiha lill-Madonna bhala ghalliema ta’ l-imhabba:
”Imqaddsa Marija, Omm Alla, inti tajt lid-dinja d-dawl taghha tassew, Gesù, Ibnek u Iben Alla. Int intlaqt ghal kollox fis-sejha ta’ Alla u hekk sirt ghajn ta’ tjubija li tnixxi minnu. Urina lil Gesù. hudna ghandu. Ghallimna naghrfuh u nhobbuh biex ahna wkoll insiru kapaci nhobbu tassew bhala ghejun ta’ ilma haj f’dinja bil-ghatx.” (paragrafu 42)
Jekk Marija, mill-kwadru taghha, qieghda ssejhilna bil-kliem: “Ejjew uliedi isimghuni,” ghandna nisimghuha. Hadd daqsha ma jaf x’jigifieri thobb lil Gesù ghax hadd daqsha ma gharfu. U hadd daqsha ma jista’ jghallimna fuqu u jwassalna ghandu. Ghalhekk nitolbuha tghallimna nhobbu bla kundizzjonijiet biex il-familji taghna, ir-rahal taghna, pajjizna u d-dinja jkunu skejjel ta’ mhabba kif jixtieqhom Alla.
Gerolamo Darmanin (1834-1879) u hidmietu lil Hinn mill-Istatwi tal-Kartapesta.
Fl-istorja ta’ l-arti sagra Maltija, nsibu diversi artisti li taw sehemhom biex jipproducu xbihat religjuzi ghad-devozzjoni jew uzu iehor u li fl-istess waqt kabbru l-patrimonju artistiku ta’ dawn il-gzejjer.
Forsi ghax kunjomu huwa marbut l-aktar ma’ zijuh l-istatwarju Carlo Darmanin u/jew ghax Gerolamo miet ta’ eta’ relattivament zghira u ghalhekk ix-xoghlijiet popolari tieghu huma limitati fin-numru, dan l-istatwarju Senglean baqa’ relattivament mhux studjat.
Xoghol fl-Irham
Sakemm gie sinonimu wkoll mal-produzzjoni ta’ statwi fil-karapesta, il-kunjom Darmanin matul is-seklu dsatax kien assoccjat l-aktar max-xoghol fl-irham.[3] Id-ditta G.Darmanin e Figli – imsemmija ghal Giuseppe Darmanin, in-nannu ta’ Gerolamo - kienet tipproduci xoghlijiet sagri bhal ma huma l-artal maggur u l-bazi tal-fonti tal-maghmudija fil-knisja parrokkjali ta’ Hal Luqa (1838-1841) kif ukoll l-artal tat-Trinita’ (1853) u l-lavabo (1881) fis-sagristija tal-Parrocca ta’ l-Isla. Ghamlu wkoll xoghlijiet profani u pubblici li kienu jigu kkummissjonati mill-gvern Ingliz. Dawn jinkludu l-qabar ta’ l-Onor. John Hookham Frere u l-paviment tat-tlett kuruduri fil-piano nobile tal-Palazz fil-Belt flimkien ma’ numru kbir ta’ plakkek kommemorattivi fl-istess Palazz. Minbarra dan, lejn it-tieni nofs tas-seklu dsatax din id-ditta kienet sahansitra tircievi kummissjonijiet mill-Ingilterra.[4]
Tidher xi haga naturali allura, li minn ckunitu, Gerolamo beda jsir familjari ma’ din it-tip ta’ produzzjoni u bhall-bqija tal-familjari tieghu – specjalment missieru li kien jispecjalizza fl-istatwetti ta’ fuq l-oqbra – jibda jaghti daqqa t’id f’dan ix-xoghol sakemm eventwalment jibda jaghmel xi xoghol huwa stess. Fil-fatt, meta qabad din il-karriera, u probabilment wara li fis-27 ta’ Mejju 1856 izzewweg lil Gasparina Demajo, huwa fetah hanut tax-xoghol f’numru 12, Triq id-Dejqa, fil-Furjana. Artiklu li gie ppublikat fil-gurnal L’Ordine tad-9 ta’ Lulju 1858 jghid li Gerolamo kien anke jghix f’dan il-lokal ghalkemm fl-atti tan-nutar Antonio Micallef tal-11 t’Ottubru 1857, hemm miktub li kien joqghod l-Isla. Fl-artiklu ta’ l-1858, intant, tissemma lapida ghall-memorja tas-Sur Lorenzo Farrugia Bugeja li tpoggiet fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt. Din kienet giet mahduma minn Gerolamo Darmanin u ddisinjata minn huh Giuseppe. Il-hidma taghha kienet deskritta bhala eleganti u ta’ l-aqwa livell tant li kienet tixbah xi muzajk. Huwa kellu jaghmel zewg lapidi ghal Lorenza Farrugia Bugeja, wahda kommemorattiva u l-ohra funerarja. Dawn kellhom jitwahhlu mal-hajt tal-kappella tas-Sagrament u l-ohra hdejn l-artal ta’ San Gejtanu. Ix-xoghol ta’ ntarsjar, twahhil u dak kollu li kien necessarju sewa £40.[5] Dan kollu jikkonferma li x-xoghol tieghu ma kienx jaghmel ghajb ghall-popolarita’ li d-ditta ta’ familtu kienet kisbet matul is-snin.
Il-popolarita’ tad-ditta kummercjali G.Darmanin e Figli u l-involviment ta’ Gerolamo Darmanin fiha jidhru wkoll mill-partecipazzjoni taghhom f’numru ta’ esebizzjonijiet barranin. Fl-1851, huma hadu sehem fl-Exhibition of the Works of Industry of All Nations li kienet ittellghet fil-Crystal Palace f’Londra.[6] Din il-wirja internazzjonali kienet itellghet b’pompa kbira bejn l-1 ta’ Mejju u l-15 t’Ottubru ta’ l-1851 u kienet l-ewwel wahda fost serje ta’ esebizzjonijiet li juru l-kultura u l-industrija ta’ bosta pajjizi fid-dinja u li kellhom ikunu aspett importanti u popolari matul is-seklu dsatax. Il-Great Exhibition of the Works of Industry of all Nations kienet organizzata
Minbarra l-kummissjonijiet numeruzi li kienet tircievi, il-partecipazzjoni tad-ditta G. Darmanin e Figli f’wirja ta’ dan il-kalibru turi kemm din kienet stmata u apprezzata matul is-seklu dsatax. Minbarra l-unur ta’ partecipazzjoni f’din l-esebizzjoni storika, id-ditta tal-familja Darmanin kienet rebhet midalja ghal numru ta’ ucuh ta’ mwejjed maghmula
Ix-xoghol li z-zaghzugh Gerolamo pprezenta ghal din l-okkazzjoni hekk kbira kienet tinvolvi qasam li dan l-istatwarju ghadu mhux maghruf ghaliha – il-hidma ta’ statwi tax-xemgha. Fil-fatt, huwa kien hadem erba’ figuri li kienu jirraprezentaw il-Gran Mastri La Vallette u Zondadari kif ukoll Mastru ta’ l-Ordni ta’ San Gwann u Kavallier, lkoll bil-kostum taghhom. Fuq ix-xoghol ta’ Gerolamo, il-gurija kienet ikkummentat li ghalkemm ma kienux jilhqu l-mertu ta’ xi xoghol iehor li kien hemm ipprezentat fil-wirja, huma xorta kienu jilhqu certu livell ta’ eccellenza.[10]
Jidher li l-hidma ta’ Gerolamo fl-istatwi tax-xemgha ma kienitx xi haga ta’ darba, izda donnu kienet ghal qalbu u kien qed ikompli jispeccjalizza fiha. Tant hu hekk li fl-eta’ ta’ wiehed u ghoxrin sena, huwa rega’ ha sehem fi hdan id-ditta ta’ Darmanin fil-Paris International Exhibition li kienet ittellghet bejn il-15 ta’ Mejju ta’ l-1855 u l-15 ta’ Novembru ta’ l-istess sena.
Il-partecipazzjoni ta’
Konkluzjoni
Din l-informazzjoni tixhet aktar dawl fuq il-hidma ta’ Gerolamo Darmanin tul il-hajja qasira tieghu u turi wkoll li l-karriera bhala statwarju fil-kartapesta kienet biss bicca mill-attivita’ artistika tieghu. Gerolamo Darmanin haqqu aktar rikonoxximent mhux biss ghall-fatt li l-maggoranza ta’ l-istatwi tal-kartapesta li pproduca juru li kien mudellatur mill-aqwa u ghax kien proprju hu li meta fl-1870 ghamel l-istatwa ta’ Guditta ghall-festa ta’ l-Isla kien ghadu kemm hadem dik li kellha tkun l-ewwel statwa ghat-toroq Maltin matul il-festi. Haqqu aktar apprezzament ukoll ghall-hidma li ghamel fi hdan wahda mill-aktar ditti Maltin rinomati u popolari matul is-seklu dsatax. Fid-ditta G.Darmanin e Figli huwa kien esponent mill-aqwa, kif juri t-tifhir li qala’ meta ghamel xi bicca xoghol fl-irham. Il-partecipazzjoni tieghu fil-wirjiet kbar barranin li din id-ditta hadet sehem u rraprezentat lil
Minbarra hekk, it-tip ta’ xoghol li kien jipprezenta ghal dawn l-esebizzjonijiet minkejja l-eta’ zghira li kellu, huma xhieda tal-gibda u l-imhabba li kellu lejn l-iskultura tant li allura, jirrizulta li kien hu li probabilment beda x-xoghol fl-arti figurattiva fost il-membri tal-familja Darmanin. Ghalkemm uza materjal differenti, meta fl-1851 huwa hadem sett ta’ statwi tax-xemgha, huwa ppreceda sahansitra lil Carlo Darmanin f’din it-tip ta’ arti li aktar tard l-istess zijuh kelli jsir rinomat ghaliha permezz tal-kartapesta. Naraw ukoll kif il-hidma ta’ statwi tax-xemgha hija teknika li s’issa ma kienitx assocjata ma’ Gerolamo Darmanin. Tajjeb hawnhekk li wiehed isaqsi minghand min jew fejn huwa tghallem din is-sengha u jekk hadimx xi statwi tax-xemgha ghal xi uzu f’Malta, bhal per ezempju Bambini tal-Milied. Bla dubju, dan il-persunagg fl-istorja ta’ l-arti Maltija jofri possibilita’ ghal aktar studju fuqu u fuq hidmietu – haga li wiehed jispera li ssir fil-futur qrib.
[1] L-ewwel persuna li ppublikat ricerka fuq Gerolamo Darmanin kien Guido Lanfranco meta fl-1986 kiteb artiklu fuq dan l-istatwarju f’ The Times ta’ l-10 ta’ Lulju. Dan kien segwit
[2] Ghal informazzjoni dettaljata fuq il-hidma u t-teknika ta’ Gerolamo Darmanin fl-arti tal-kartapesta, ara Victor Caruana, The Art of Papier-maché in
[3] Id-ditta ta’ l-irham Darmanin kienet bdiet fl-Isla fis-sena 1708 u huwa maghruf li baqghet tipproduci x-xoghol ghal mill-anqas zewg sekli. Minnu nnifsu, dan jista jitqies bhala certifikat li juri l-kwalita’ gholja u s-success li din id-ditta kisbet. Il-familja Darmanin kellhom il-hanut tax-xoghol taghhom f’ 45, Strada Levante l-Belt u aktar tard f’numru 532, Strada Reale, Via San Giuseppe, l-Hamrun. L-ufficini kienu jinsabu f’218, Triq l-Ifran, il-Belt: Michael Ellul, History on Marble: a Corpus of Inscriptions in the Presidential Palaces of Valletta, San Anton and Verdala, Malta, Malta 1998, pp. 56,57.
[4] M.Ellul, 1998, p.63.
[5] Guido Lanfranco, “Gerolamo Darmanin: Skultur u Marmista li s’issa hadd ghadu ma kiteb dwaru”, Il-Pronostku Malti,
[6] M.Ellul, 1998, p.58.
[7] Dawn il-membri organizzaturi kienu jinkludu lill-Pricep Albert, Henry Cole, Francis Fuller u Charles Dilke.
[8] Aktar tard, dan il-bini kien izzarma u rega’ twaqqaf f’verzjoni akbar f’Sydenham, fin-nofsinhar ta’ Londra – arja li
[9] M.Ellul, 1998, p.58.
[10] M.Ellul, 1998, p.59.
[11] M.Ellul, 1998, p.59.
Il-150 Sena Mid-Deheriet Ta’
Matul is-sena 2008, il-Knisja Kattolika kif ukoll dawk kollha li ghandhom qima lejn Marija Santissima, fakkru grajja specjali. Mija u hamsin sena qabel, kienu sehhew id-dehriet ta’ Lourdes.
Kien il-hamis jum kiesah tal-11 ta’ Frar ta’ l-1858. Bernardette Soubirous flimkien ma’ ohtha Toinette u habiba ohra, marru flimkien ftit il-barra mir-rahal biex jigbru xi hatab vicin ix-xmara Gave. Waqt li Toinette u l-habiba l-ohra tbieghedu xi ftit minn Bernardette, din hasset ir-rih u xi hsejjes gejjin minn grotta li kienet fil-qrib. Din il-Grotta kienet mgharufa bhala ta’ Massabielle. F’dahla f’parti mill-Grotta, Bernardette lemhet Mara zghazugha u sabieha li qadet fuq sigra tal-ward.
F’din id-dehra u fit-tieni il-Mara ma tkellmitx. Fit-tielet dehra din il-Mara talbet lil Bernardette biex tghamlilha favur u tigi hemmekk ghal hmistax il-zjara. Id-dehriet sehhew ukoll fid-19 u 21 ta’ Frar, fejn f’din iz-zjara il-Mara qalet lil Bernardette biex titlob ghall-midinbin. Fiz-zjara ta’ l-24 ta’ Frar qaltilha “penitenza, penitenza, penitenza,” u biex titlob lil Gesu’ ghall-midimbin. Fid-disa’ dehra nhar il-hamis 25 ta’ Frar, il-Mara qalet lil Bernardette biex tixrob minn nixxiegha u ghamlitilha sinjal minn fejn.
Fis-sbatax il-dehra, nhar is-7 t’April sehh il-miraklu tax-xemgha f’idejn Bernardette. Ghal aktar
Fis-16 ta’ Lulju, festa tal-Madonna taht it-titlu tal-Karmnu, sehhet it-18 u l-ahhar dehra. Minhabba l-ordni ta’ l-awtoitajiet, il-Grotta ta’ Massabielle kienet mghaluqa u kien hemm it-theddida ta’ l-arrest ghal
Wara dawn id-deheriet, l-istoja tar-rahal ta’
Matul is-sena tal-150 anniversarju tad-deheriet, saru fl-Lourdes u madwar id-dinja, hafna celebrazzjonijiet. Sehhew hafna avvenimenti spiritwali kif ukoll pellegrinaggi specjali. Ta’
Avveniment importanti iehor ghal
Min mar Lourdes jista jifhem xi ftit ghaliex dak il-post illum huwa meqjus bhala post qaddis. Hemm imorru kull xorta ta’ nies. Min imur pellegrinagg u min imur ghall-kurzita’ u hafna ohrajn imorru wkoll bhala voluntiera mall-morda, ma l-anzjani u nies bi bzonnijiet specjali. Imma kull min imur jibqa jhoss go fih xi haga li ma jkunx hass f’imkien iehor kwalunkwe.
Aktar tgharif dwar Lourdes u dak li sehh matul dik is-sena wiehed jista’ jsibu fuq il-websites ufficjali ta’ Lourdes li huma “lourdes-france.com” u “lourdes2008.com".
Celebrazzjoni Djocesana Fratellanzi 2008.
Bi thejjija ghas-sena dedikata lil San Pawl, is-Segretarjat Ghall-Lajci fi hdan il-Kurja ta’ L-Arcisqof, organizza celebrazzjoni djocesana ghall-fratellanzi. Din saret nhar il-Hadd 20 t’April fir-Rabat u l-Imdina. Bhala tema intazlet is-silta ta’ San Pawl lil Kolossin “Aghmlu kollox f’isem il-Mulej”.
Ic-celebrazzjoni bdiet billi l-membri tal-fratellanzi minn madwar Malta kollha iltaqghu fi tlett knejjes differenti tar-Rabat. Il-fratellanzi tas-Sagrament iltaqghu fic-centru parrokkjali hdejn il-knisja ta’ San Pawl. Il-fratellanzi tar-Ruzarju u tac-Cintura iltaqghu fil-knisja ta’ San Mark ta’ l-Agostijani, u l-kumplament tal-fratellanzi iltaqghu fil-knisja ta’ Giezu tal-Patrijiet Frangiskani Minuri.
Fis-sitta ta’ filghaxija il-fratelli imxew processjonalment mill-knejjes differenti sal-Katidral ta’ l-Imdina, u matul it-triq iltaqghu f’purcissjoni wahda. L-Arcisqof ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona sellem lil fratelli kollha waqt li kienu ghaddejjin, billi qad fil-bieb tal-knisja tas-sorijiet Benedittini fl-Imdina.
Kif il-fratelli kollha dahlu fil-Katidral ta’ L-Imdina saret Quddiesa koncelebrata mill-Arcisqof flimkien ma Kappillani u diretturi spiritwali tal-fratellanzi minn diversi Parrocci.
Il-fratelli kienu lebsin il-kunfratijji li jilbsu is-soltu fil-parrocci tahhom, kullhadd bil-mod partikolari tieghu.
Minn Hal Tarxien konna prezenti il-fratellanza taghna tal-Madonna tad-Duttrina, membri mill-fratellanza tas-Sagrament u mill-Fratellanza tar-Ruzarju.
Il-fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina konna tnax il-fratell, u imxejna mil-knisja ta’ Giezu flimkien ma fratellanzi ohra differenti.
J’Alla li celebrazzjonijiet bhal din ikomplu jkunu organizzati biex il-fratellanzi jkomplu jghatu is-sehem li taw ghal mijiet ta’snin fost huthom l-insara.
Create a free website at Webs.com