Il-Fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina.

Hal Tarxien Malta


IL-KWADRU TAL-MADONNA TAD-DUTTRINA

Biex wiehed jifhem is-sotto-kwadru tal-Madonna tad-Duttrina, li hemm fuq l-artal tal-kappellun, fil-knisja parrokkjali ta' Hal tarxien, irid iqalleb daqxejn il-pagni ta' l-istorja Tarxiniza. Kien zmien ta' zvilupp, meta l-parrocca ta' dan ir-rahal kellha bhala kappillan lill-habrieki Don Paolo Lauron. Dan il-kappillan kellu zewg xewqat. Ried li l-knisja Parrokkjali tkun fuq l-istess skala tal-knejjes ta' rhula ohra, filwaqt li fl-istess hin it-Tarxinizi jikbru fl-affarijiet tar-ruh. Biex jilhaq dawn l-ghanijiet beda jbiddel xi affarijiet li, skond hu, ma kinux ghall-qalb il-poplu. L-ewwel ma biddel kien il-kwadru titulari. Dan ix-xoghol gie ordnat ghand Pietro Gagliardi, pittur Ruman li kellu l-barka ta' Monsinjur Pullicino u ta' l-Isqof ta' Malta. Barra minn hekk l-istess Kappillan gholla l-kongregazzjoni tal-Madonna tad-Duttrina fi fratellanza li kellha tahdem biex tghin fil-qasam tat-taghlim tad-duttrina.

L-artist Pietro Gagliardi kien kiseb fama kbira fost il-kleru Malti u l-aqwa knejjes kienu qed jordnaw xoghlijiet tieghu. Il-Kappillan Lauron qabdu jaghmillu x-xoghol tal-kwadru titulari, u meta ra li dan intghogob, ordna wkoll il-kwadru tal-Madonna tad-Duttrina Dan kellu juri lil kulhadd li l-artal tal-Karmnu issa kien f'idejn il-fratellanza, li kienet ghadha kemm twaqqfet minn Don Paolo Lauron stess.

Pietro Gagliardi (autorittratt)

Fil-kwadru ovali tal-Madonna tad-Duttrina, l-ewwel ma jispikka huwa l-ktieb, simbolu tat-taghlim, li qieghed f'idejn il-Madonna fuq tron, li minkejja li ghandu ghamla semplici xorta wahda jaghti l-idea ta' kobor. Il-wicc seren tal-Madonna ihares lejn min ikun qieghed jara dan ix-xoghol. Marija tinsab ferhana, forsi ghaliex it-tghalim ta' binha jinsab f'idejn sodi. Il-kuluri li uza Gagliardi fl-ilbies tal-Madonna huma dawk tradizzjonali; libsa hamra, mantell ikhal u velu trasparenti li jghatti ras il-Vergni Mbierka.

Biex jaghti l-idea ta' simmetrija, l-artist pogga zewg angli wara t-tron tal-Madonna- wiehed fuq kull naha. Pogga wkoll zewg angli zghar jew puttini, li jinsabu fi shaba rqiqa. Din l-idea gejja mill-artist Spanjol Murillo. Id-dawl li hiereg minn ras il-Madonna inaqqas hafna miss-sahha ta' din is-shaba, iktar u iktar meta l-qawwa tad-dawl tizdied fil-parti fejn Gagliardi pitter l-ispirtu s-Santu. L-artist pogga t-tielet persuna tat-Trinita Qaddisa fuq ras il-Madonna u biex juri l-importanza ta' din il-hamiema l-artist pogga dawl qawwi fuq wicc il-Madonna li hu rifless fuq mohhha u fuq il-parti ta' taht ghajnejha. Dan il-kwadru juri l-ideat li kellu Minardi, pittur iehor Taljan.

Kif semmejt aktar qabel il-kwadru ghandu bhala l-qalba tieghu il-ktieb - simbolu tat-taghlim nisrani. L-ghajnejn ta' l-individwu li jkun qed ihares lejn il-bicca xoghol imorru minn fuq il-ktieb, ghal fuq il-Madonna u jibqghu sejrin ghal fuq l-Ispirtu s-Santu. Dan ikompli jzid mal-pregju artistiku tal-kwadru tal-Madonna tad-Duttrina.

It-taghlim tad-Duttrina hu wiehed mill-iskopijiet li ghalih twaqqfet il-Fratellanza. Permezz ta' dan it-taghlim, il-bniedem ikun jista' jersaq aktar lejn Alla- l-gherf innifsu, u biex il-fratelli jkunu jistghu jaghmlu dan, il-kappillan poggihom taht il-harsien tal-Madonna tad-Duttrina. Ghalhekk, nghidu li l-Fratellanza hi tal-Madonna tad-Duttrina, mhux sempliciment biex tkun parti mill-kult Marjan li diga kien jezisti f'din il-parrocca, imma ghaliex it-taghlim tad-Duttrina f' Malta kien taht il-mant ta' Marija Santissma.

Is-Sotto-Kwadru tal-Madonna tad-Duttrina fih aspett religjuz, kif ukoll storiku. Gagliardi kien favorit mill-kleru Malti ghaliex minkejja l-istili godda li kienu qed jigu introdotti f'dawk iz-zminijiet, xorta wahda kien kapaci jdahhal il-messagg religjuz. Haga li kellu jaghmel ukoll Guzeppi Cali. Il-valur storiku tal-kwadru jinsab fil-fatt li dan ix-xoghol jinkludi l-hwejjeg li ghandhom rabta mill-qrib mal-Frattellanza tal-Madonna tad-Duttrina, bhall-ktieb, il-Madonna u l-Ispirtu s-Santu. Ma nafx kwadru fil-knisja Parrokjali  ta' Hal Tarxien li ghandu storja mpittra daqs dak tal-Madonna tad-Duttrina. Meta tara dan ix-xoghol ta' Gagliardi mill-ewwel tghid li dak il-kwadru hu tal-Fratellanza.

Il-kwadru jinsab fi gwarnic barokk ghall-ahhar. Dan ghandu s-simbolu tal- Madonna fuq il-parti ta' fuq u sensiela ta' zigarelli u fjuri fuq kull naha tieghu. Fil-parti t'isfel hemm disinji barokki u fjuri. Ghalkemm hu mimli b'dawn id-disinni, dawn mhumiex maghmulin kif gie gie, izda b'sengha kbira u b'gosti fini ghall-ahhar. Biex il-kwadru jinqata' mill-gwarnic dekorat hemm spazju semplici mad-dawra kollha li hu nieqes minn kull disinn. Dan hu xoghol ta' skultura fl-injam, maghmul tassew tajjeb minn Franku Faure, fill-fatt isem dan l-iskultur jidher fuq wara tal-gwarnic.

Bhal nies ohra li ghandhom l-arti ghal qalbhom, nixtieq li dan il-kwadru jkun ferm aktar maghruf u apprezzat mit-tarxinizi ghax wara kollox dan ix-xoghol m'hu xejn hlief l-akbar wirt, barra l-vara tad-Duttrina li ghandha l-fratellanza.

Create a Free Website