Il-Fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina.

Hal Tarxien Malta


Il-Fratellanza kif nafuha illum giet ravvivata bhala fratellanza fl-1874, fi zmien il-kappillan Dun Pawl Lauron. Kienet diga tezisti kongregazzjoni tad-Duttrina fil-Parrocca ta' Hal Tarxien sa mis-sena 1748.

Kien fi zmien l-isqof  Fra Paolo Alpheran De Bussan li bdew jittwaqqfu madwar Malta, diversi kongragazzjonijiet tad-Duttrina Nisranija, li twaqqfet ukoll dik ta' Hal Tarxien. Din twaqqfet fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu li kien jinsab fil-kappellun tan-naha ta' l-epistola ta' l-artal maggur. Il-Madonna tal-Karmnu intghazlet bhala l-Padruna ta' din il-kongregazzjoni. 

 

Il-fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina kif nafuha illum twaqqfet nhar il-31 ta' Mejju 1874 bil-hidma tal-Kappillan ta' Hal Tarixen, Dun Paolo Lauron. Din il-fratellanza bdiet tiehu hsieb il-kappellun u l-artal li qabel kienu maghrufin bhalla tal-Karmnu u l-Erwieh tal-Purgatorju, minhabba l-kwadru kbir li sal-lum ghadu jezisti fuq dan l-istess artal. F'dan il-kwadru, li kien halla l-flus ghalih certu Giovanni Farrugia fit-testment tieghu, jidrhu l-Madonna u l-Bambin flimkien ma' San Filippu Neri u Sant'Antnin ta' Padova filwaqt li fil-parti ta' isfel hemm l-erwieh tal-Purgatorju. Il-festa bdiet issir nhar is-16 ta' Lulju. Imbaghad  fis-sena 1745 fuq l-istess artal tpogga s-sotto-kwadru tal-Madonna tad-dawl

 

 

Fl-1874, wara it-twaqqif tal-fratellanza, dan is-sotto-kwadru inbidel, u fl-istess sena l-pittur Ruman Pietro Gagliardi pitter il-kwadru tal-Madonna tad-Duttrina li wiehed ghadu jista' jara sal-lum. Tliet snin wara, il-fratellanza kellha wkoll l-istatwa taghha, xoghol fil-kartapesta ta' Glormu Darmanin, fejn il-figura maestuza tal-Madonna tinsab bil-wieqfa b'idejha miftuhin, filwaqt li l-harsa helwa taghha hija mixhuta fuq it-tlett itfal gharkopptejhom quddiemha. Il-pregju ta' din l-istatwa mhuwiex biss wiehed artistiku, izda jinsab ukoll fil-hsieb li hemm warajha-it-tfal li hemm quddiem il-Madonna jidher bic-car li huma gejjin minn klassijiet socjali differenti, u b'hekk jitwassal il-hsieb li quddiem Alla u Ommu Marija ma tezisti l-ebda differenza bejn foqra u sinjuri. Skond l-ircevuta originali mahruga mill-artist u li tinsab fil-kotba tal-fratellanza, din il-vara swiet 20 lira, sitt xelini u tliet soldi.

 

Il-fratelli ta' din il-fratellanza ma juzawx muzzetta, izda fil-purcissjonijiet jiddistingwu ruhhom mill-midalja li turi l-Madonna tad-Duttrina, kif tidher fil-kwadru fuq l-artal tal-fratellanza, u kurdun abjad bil-blu. Fil-folkor Tarxiniz, il-fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina hija maghrufa bhala 'tal-fratas'

 

Create a Free Website